B’segwitu għall-isforzi sostnuti
tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (ARN) u l-appoġġ kontinwu tal-partijiet
interessati kollha, id-Dipartiment tal-Gass tal-ACER qed jaħdem sabiex jilqa’
l-isfidi kollha assoċjati mal-ħolqien ta’ suq tal-gass Ewropew li jiffunzjona
tajjeb, li huwa kompetittiv, integrat, sikur u sostenibbli, li jwassal
benefiċċji tanġibbli lill-konsumaturi Ewropej. Il-ħidma li għad trid issir
tinkludi l-allinjament tas-suq nazzjonali u r-regoli tal-operazzjoni
tan-netwerk għall-gass, kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-investiment
transfruntier fl-infrastruttura tal-enerġija.
Id-Dipartiment tal-Gass tal-ACER huwa maqsum
fi tliet oqsma ta’ ħidma, li kollha kemm huma għandhom l-għan li jappoġġjaw
il-kisba tal-objettivi msemmija hawn fuq: