L-UE għandha l-għan li tintegra bis-sħiħ is-swieq tal-enerġija nazzjonali sal-2014 sabiex tagħti lill-konsumaturi u n-negozji aktar prodotti u servizzi, prodotti u servizzi aħjar, aktar kompetizzjoni, u provvisti aktar sikuri.
Il-progress diġà sar: il-konsumaturi jistgħu jibdlu l-fornituri tal-gass u l-elettriku, u l-fornituri għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet ċari fit-termini u l-kundizzjonijiet. Il-ħidma li għad trid issir tinkludi l-allinjament tas-suq nazzjonali u r-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk għall-gass u l-elettriku, kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-investimenti transfruntieri fl-infrastruttura tal-enerġija.
Għal aktar informazzjoni dwar is-suq uniku tal-enerġija, jekk jogħġbok żur: http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/index_en.htm