Skip Ribbon Commands
Skip to main content

L-Aġenzija

L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), aġenzija tal-Unjoni Ewropea, inħolqot mit-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija sabiex jitkompla l-progress fit-tlestija tas-suq intern tal-enerġija għall-elettriku u għall-gass naturali.

L-ACER ġiet uffiċjalment imnedija f’Marzu 2011, u s-sede tagħha tinsab f’Ljubljana, fis-Slovenja.

Bħala struttura Ewropea indipendenti li trawwem il-koperazzjoni fost ir-regolaturi tal-enerġija Ewropej, l-ACER tiżgura li l-integrazzjoni tas-suq u l-armonizzazzjoni tal-oqfsa regolatorji jinkisbu fil-qafas tal-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-UE. Dawn għandhom l-għan li joħolqu:

  • Suq iktar  kompetittiv u integrat li joffri lill-konsumaturi aktar għażla;
  • Infrastruttura effiċjenti fl-użu tal-enerġija li tiggarantixxi l-moviment liberu tal-enerġija minn fruntiera għall-oħra u t-trasport ta’ sorsi ġodda ta’ enerġija, biex b’hekk titjieb is-sigurtà tal-provvista għan-negozji u l-konsumaturi tal-UE;
  • Suq tal-enerġija mmonitorjat u trasparenti li jiggarantixxi lill-konsumaturi prezzijiet ġusti li jirriflettu l-kostijiet u li jservi ta' deterrent għall-prattiki abbużivi .

L-ACER għalhekk hija istituzzjoni ċentrali fil-ħolqien ta’ Suq Uniku tal-Enerġija għall-benefiċċju tal-konsumaturi kollha tal-UE!​

​​​​​​